Ilni nvolut fil-Partit Nazzjonalista mill-2008, f’diversi oqsma u karigi, inkluż membru fil-Kumitat Eżekuttiv u kunsillier lokali f’Birżebbuġa sa mill-2012.
Għandi għal qalbi l-kultura Maltija, b’mod speċjali l-festi, u attiv f’diversi għaqdiet volontarji kulturali u sportivi.
“Dejjem fittixt li nirrapreżenta l-vuċi tar-residenti fil-midja u waqt laqgħat relevanti ma’ diversi awtoritajiet. L-attiviżmu tiegħi ffurmali bażi ta’ kompentenza politika li fuqha qed niddeċiedi li nieħu dan il-pass, dak li nkun rappreżentant parlamentari għal dan id-distrett”
Għal diversi snin ħdimt fil-Kumitat Sezzjonali PN Birżebbuġa u rrapreżentajt lill-kumitati tad-distrett fil-Kumitat Eżekuttiv tal-PN. Bħalissa jien membru fl-Eżekuttiv tal-Kulleġġ Kunsilliera PN u qed nirrapreżenta lil Kunsilliera Lokali tal-PN fil-Kumitat Eżekuttiv tal-PN.
“Din il-ħidma laqqgħatni ma’ diversi persuni, xi kultant fuq naħat opposti, iżda ħafna drabi bl-istess skop, dak li nwettqu l-aqwa politika għan-nies. Permezz ta’ dan kelli l-opportunità niddiskuti diversi suġġetti fid-dettal, kemm ma’ residenti minn madwar Malta kif ukoll ma’ uffiċċjali ta’ entitajiet u kuntratturi jew esperti fis-suġġetti relatati.”
Minn eta’ żgħira kont u għadni membru attiv f’numru ta’ għaqdiet sportivi u kulturali fid-distrett. L-esperjenza tiegħi f’dawn l-għaqdiet u fil-kamp politiku jagħtuni kwalitajiet kompetenti biex ikun rappreżentant denju.